Lokali

George Hyzler jappella għall-konsensus u biex tinżamm kredibbiltà fil-ħatra ta’ Kummissarju tal-Istandards

Il-Gvern ta’ Robert Abela ddeċieda li l-kariga ta’ Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma tibqax tkun deċiża permezz ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti. U bix tghaddi tieghu, għażel li jbiddel il-liġi.

Din il-mossa ġabet kritika minn bosta hekk kif permezz ta’ din id-deċiżjoni se jkun hemm riskju li tiddgħajjef l-ħidma li saret minn dan l-Ufffiċċju f’dawn l-aħħar snin; kif ukoll jaf tkun daqqa għall-proċess demokratiku f’pajjiżna.

Dwar din id-deċiżjoni ħadna l-kummenti tal-eks Kummissarju tal-Istandards George Hyzler illi minn naħa tiegħu – b’kawtela – appella għall-konsensus bejn iż-żewġ naħat.

George Hyzler tkellem ukoll dwar kif kienu l-ewwel ġimgħat ta’ ħidma fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

George Hyzler għadda dawn il-kummenti waqt l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn intlaqa’ mill-Awditur Ġenerali Charles Degura u d-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri. Matul din iż-żjara huwa ppreżenta r-rapport ta’ ħidma li saret matul din is-sena fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

George Hyzler enfasizza l-bżonn li r-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea jaslu għand l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern ta’ kull Stat Membru. Dan sabiex ix-xogħol tal-Qorti jwassal għal valur miżjud fl-operat tal-gvernijiet speċjalment billi tissaħħaħ il-governanza tajba fl-użu ta-riżorsi provduti mill-Kummissjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu l-Awditur Ġenerali Charles Deguara saħaq li l-Uffiċċju tieghu huwa determinat li jibqa’ jaħdem f’koperazzjoni sħiħa mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li għandha rwol fundamentali biex tassigura l-aħjar użu tal-fondi użati mill-Kummissjoni Ewropea u entitajiet oħra.