Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Brażil tfittex rebħa oħra iżda mingħajr Neymar

(Ritratt: EPA)

17:00 – GRUPP G – BRAŻIL V ŻVIZZERA

Ir-rebħa kontra s-Serbja fl-ewwel ħarġa tagħhom ikkonfermat il-potenzjal tat-tim Brażiljan. Iżda dak li għamlu sewa biss għal tliet punti u l-kwalifikazzjoni għadha mhix aċċertata.

Għal din il-logħba se jkunu mingħajr Neymar li weġġa’ fl-aħħar logħba u se jitlef iż-żewġ logħbiet tal-grupp. Iżda l-kowċ Tite għandu għażla tajba għal min jilgħab fl-attakk. L-Iżvizzera wkoll ġejja minn rebħa kontra l-Kamerun u l-bidla fil-formazzjoni tal-kowċ Yakin tidher li qed tħalli lill-Iżvizzeri solidi.