Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Ghana jridu rebħa bilfors biex iżommu t-tamiet ħajjin

(Ritratt: EPA)

14:00 – GRUPP H – KOREA T’ISFEL V GHANA

Dan se jkun l-għaxar konfront bejn it-tnejn, biż-żewġ timijiet rebħu tliet logħbiet kull wieħed mill-aħħar sitta. Il-Koreani offrew sfida denja kontra l-Urugwaj iżda ma kinux effettivi biżżejjed fl-attakk.

Il-Ghana sabet ix-xibka b’mod regolari fl-aħħar logħbiet. Il-pressjoni tinsab iktar fuqhom hekk kif telfa f’dan il-konfront tfisser eliminazzjoni. Il-kowċ Otto Addo jista’ jagħmel xi bidliet fil-formazzjoni biex ikun aktar offensiv.