Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Kamerun u s-Serbja jfittxu l-ewwel punti

(Ritratt: EPA)

GRUPP G – KAMERUN V SERBJA

Iż-żewġ timijiet tilfu l-ewwel konfront tagħhom u xejn għajr rebħa ma tissodisfahom. Il-Kamerun qed ifittex l-ewwel rebħa mit-Tazza tad-Dinja tal-2002 u minn dakinhar tilfet l-aħħar tmien logħbiet.

Minn meta ħadet l-Indipendenza, is-Serbja tilfet tmienja mill-għaxar logħbiet fit-Tazza tad-Dinja u ġiet eliminat fil-gruppi fl-aħħar tliet edizzjonijiet. Huma kellhom grupp ta’ kwalifikazzjoni mill-aqwa u l-kwalità fit-tim speċjalment fl-attakk, għandha tqawwi qalb il-kowċ Stojkovic għal riżultat pożittiv.