Min ilaqlaq, min jitkellem fuq il-mobile, min jgħid li favur, u min ifarfar fuq il-whip.
Evidenti li din il-liġi tal-abort ġabet qasma enormi fil-Grupp Parlamentari Laburista. U l-Ministri li huma skomdi b’din il-liġi, qed jgħidu li issa se jimxu skont ma jgħidilhom il-whip tagħhom – fi kliem sempliċi, se jivvutaw favur liġi li se tiftaħ il-bieb għall-abort.
Intant, fid-diskussjoni fil-Parlament, f’isem il-PN ipparteċipaw id-deputati Karol Aquilina, Robert Cutajar, Graziella Galea u Rebekah Borg.
Huma kollha wasslu diskorsi b’saħħithom, fejn iddefendew il-ħajja – u tennew li l-PN jibqa’ kontra l-abort.
//= $special ?>