Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Portugall iridu jevitaw żbalji fid-difiża kontra l-Urugwaj

(Ritratt: EPA)

20:00 – GRUPP H – PORTUGALL V URUGWAJ

Il-Portugall se tidħol għal din il-logħba konxja mill-fatt li b’rebħa jaqtgħu passaġġ mal-aħħar 16. Huma mistennija jerġgħu jkunu mmexxija fil-pitch minn Cristiano Ronaldo, frisk mill-gowl kontra l-Ghana li bih sar l-ewwel plejer li skorja f’ħames edizzjonijiet differenti.

Iżda l-iżbalji fid-difiża jistgħu jkunu penalizzati din id-darba kontra l-Urugwaj bi plejers bħal Luis Suarez, Edinson Cavani u Darwin Nunez fost l-oħrajn fl-attakk. L-Urugwaj għandha tim ta’ kwalità iżda ftit impressjonat fid-draw kontra l-Korea ta’ Isfel u telfa llum tpoġġihom f’xifer l-eliminazzjoni.