Lokali Parlament

Iż-żieda enormi fil-popolazzjoni ġabet problemi kbar għax kienet bla pjan

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio sostna fl-Aġġornament tal-parlament li l-ekonomija tal-pajjiż hi bbażata fuq in-numri u sostna li dan qed jeffettwa s-sigurtà fil-pajjiż.

Hu semma’ li l-influss qawwi ta’ ħaddiema fil-pajjiż u qal li dan sar bla ebda pjan jew viżjoni u li din kienet idea bl-iskop li tikber l-ekonomija. Dan ġab diffikultajiet għaliex hawn klastrofobija kbira, splużjoni fil-popolazzjoni, probemi ambjentali u problemi relatati mat-traffiku.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li dan qed iġib sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ iridu jitilqu mill-pajjiż. Hemm diffikultajiet f’ID Malta, li hi organizzazzjoni biex tipprova timmaniġġja dan l-inflsus qawwi ta’ dawn il-persuni li jiġu f’Malta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm dewmien enormi fl-ipproċesssar tal-applikazzjonijiet, fil-mod kif ikunu analizzati l-applikazzjonijiet u hemm ammont ta’ burorkazija. Joe Giglio sostna li Malta jeħtiġilha pjan fit-tul u spjega li bejn l-1965 u l-2001 il-popolazzjoni żdied b’50,000 waqt li fl-aħħar 10 snin kien hemm żieda ta’ 200,000 persuna fil-popolazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm problema dwar in-nies deħlin u ħerġin fil-pajjiż; dan hu ta’ inkwiet. Il-każ ta’ Josef Galea kien wieħed li wera din is-sitwazzjoni, sostn d-deputat Nazzjonalista li appella biex il-pajjiż ma jitlifx il-kontroll fuq il-fruntieri tiegħu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm diffikultajiet f’diversi toroq ġodda partikolarment fid-9 u l-10 distrett wara l-aħħar xita li għamlet. Hu staqsa x’ippjanar kien hemm f’dawn it-toroq.