Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Tasal l-ewwel rebħa ta’ Hibernians

(Ritratt: Timmy Cutugno)

minn Colin Schembri

Hibernians 81

BUPA Luxol 60

(24-10)(20-9)(16-14)(21-17)

It-team ta’ Raħal Ġdid ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Bupa Luxol 81-60 f’partita li ddominaw sa’ mill-ewwel minuti. Luxol sabu diffikulta fl-attakk u ankè kkonċedew diversi offensive rebounds lill-avversarji li minnhom għamlulhom diversi punti. Hibs fetħu tajjeb mall-ewwel u għamlu run ta’ 13-2 fl-ewwel minuti tal-partita b’diversi punti tal-Amerikan Justin Bogle u Ivan Demcesen flimkien ma’ trippla ta’ Paul Attard. Minkejja li Luxol kellhom risposta minn Trevian Bell u Tayler Mattos, Hibs komplew jikkontrollaw it-taqsima tant li rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 14 -il punt fi tmiem l-ewwel perjodu 24-10. Fit-tieni sessjoni Luxol komplew isibu diffikulta biex jiskorjaw, tant li għamlu biss disa’ punti. Minn naħa l-oħra l-punti ta’ Hibs komplew ġejjin minn Bogle flimkien ma’ Neil Cassar u Demcesen tant li fetħu vantaġġ ta’ 25 punt fl-intervall, 44-19.

Wara l-mistrieħ, Luxol fetħu bi trippla minn Nikola Vasovic f’tentattiv li jerġgħu jidħlu fil-partita. Però Hibs kellhom ħsibijiet oħra hekk kif malajr wieġbu bi break ta’ 10-2 u wara basket ta’ Bell għall-vjola, komplew b’sitt punti oħra minn Bogle u Demcesen biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 34 punt 60-26. Kien biss fl-aħħar ħinijiet tat-taqsima li Luxol irnexxielhom jagħmlu seba’ punti minn Mattos, Marco Matijevic u Bell biex fit-tmiem it-tielet perjodu Hibs kienu 60-33 minn fuq. B’dan id-distakk, l-aħħar sessjoni kienet biss formalita u serviet biss biex iż-żewġ timijiet iżidu l-punteġġ tagħhom. Wara trippla ta’ Vasovic, Hibs wieġbu b’run ta’ 9-2 kollha minn Bogle. Luxol kellhom żewġ trippli taż-żagħżugħ Alessio Trapani però finalment kienu Hibs li ħarġu rebbieħa 81-60.

Hibernians: P. Attard 4, R. Aquilina, M. Vucinic, P. Shoults 6, J. Bogle 39, A. Axiaq 8, N. Cassar 6, L. Borg, L. Farrugia 4, M. Fall 2, L. Attard, I. Demcesen 13.

Bupa Luxol: J. Garcia Cefai, N. Vasovic 8, M. Sciberras 3, T. Bell 13, JP Schembri, A. Trapani 6, L. Trapani, T. Mattos 23, M. Matijevic 7.

Referees: Nicky Azzopardi, Ionut Ciurariu, Julie Londono

Mellieħa Libertas Spalding 90

Depiro 66

(20-17)(20-16)(27-17)(23-16)

F’partita pjaċevoli, Mellieħa Libertas għelbu lil Depiro 90-66 biex żammew it-tieni post tal-klassifika. Sal-intervall kien hemm bilanċ bejn iż-żewġ timijiet minkejja li Mellieħa kienu dejjem fuq quddiem ħlief għall-ewwel attakk ta’ Depiro. Fit-tielet taqsima, sensiela ta’ trippli minn Mellieħa rathom jibdew jinqatgħu fuq quddiem. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn fost l-oħrajn kien hemm it-trippli minn Nicholas Grech għal Depiro u Connor Zinaich għal Mellieħa. L-Amerikan ta’ Mellieħa kompla għaddej bil-punti tiegħhu fost l-oħrajn f’run ta’ 10-2 fejn kein hemm ukoll trippla ta’ Nikola Jovanovic. Depiro għalqu t-taqsima b’seba’ punti mingħajr

risposta fosthom trippla ta’ Cameron Cornelius u basket ta’ Kameron Rooks għal skor ta’ 20-17. Fit-tieni taqsima kien hemm punti fuq kull naħa biex Mellieħa żammew il-vantaġġ għalkemm Depiro waslu sa’ basket ‘l bogħod 24-26. Mellieħa kellhom it-trippli minn Zinaich flimkien mal-punti ta’ Isaac Bonett però Depiro wkoll wieġbu bit-trippla minn Grech u naqqsu d-distakk għal 4 punti. Lejn tmiem il-perjodu kien hemm il-punti ta’ Zinaich u Cornelius biex Mellieħa daħlu jistrieħu seba’ punti minn fuq 40-33.

Wara l-intervall, Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal 13 -il punt wara trippli minn Vukassin Jandric u Robert Bonnici. Depiro wieġbu b’5 punti ta’ Cornelius però Mellieħa kelllhom fost l-oħrajn tlett trippli oħra minn Jandric, Jovanovic u Bonnici biex fi tmiem is-sessjoni l-vantaġġ tagħhom kiber għal 17 -il punt 67-50. Fl-aħħar perjodu Mellieħa kellhom bidu ieħor tajjeb bi break ta’ 9-2 maqsum bejn Jovanovic u Zinaich biex ħadu l-partita f’idejhom kompletament. Kien għad fadal ħin għall-aktar punti fuq iż-żewġ naħat u spazju għal players fuq il-bank hekk kif il-players kollha ta’ Mellieħa niżżlu isimhom fost l-iskorers u rebħu l-partita 90-66.

Mellieħa Libertas: S. Zammit 6, M. Falzon 6, D. Bugeja 2, R. Bonnici 7, V. Jandric 12, I. Bonett 11, N. Bukva 1, N. Jovanovic 15, C. Ziniach 28, M. Formosa 2.

Depiro: J. Flagel, S. Galea 6, J. Micallef, A. Aquilina, N. Grech 8, K. Rooks 22, M. Brincat 3, M. Mallia, C. Cornelius 24, M. Debattista 3.

Referees: Bernard Vassallo, Julie Londono, Florentina Ciurariu

Gżira Athleta 83

Starlites FIJO 92

(24-30)(20-23)(18-24)(21-15)

Fl-aktar partita nteressanti u missielta ta’ tmiem il-ġimgħa, Starlites FIJO għelbu l-ostaklu ta’ Gżira Athleta biex żammew l-imbattibilita staġjonali tagħhom u l-ewwel post fil-kampjonat hekk kif ninsabu ġurnata ‘l bogħod minn tmiem l-ewwel round. Indikazzjoni li se tkun partita sabiħa waslet sa’ mill-ewwel sessjoni li fiha saru xejn anqas minn 54 punt. Għall-darb’oħra l-Amerikan tal-Athleta Roland Griffen spikka b’total ta’ 40 punt fil-waqt li l-koppja ta’ Starlites Darius George u Jordan Notch qasmu 50 punt bejniethom. Il-partita kellho wkoll l-anqas numru ta’ turnovers fi tmiem il-ġimgha. Il-partita fetħet bi Starlites jieħdu vantaġġ ta’ 10 punti, 15-5 wara li fost l-oħrajn kellhom it-trippli minn Notch. Għall-Athleta kien hemm risposta minn Griffen flimkien ma’ trippli ta’ Nathan Xuereb u Luca Stefanovic hekk kif huma naqqsu d-distakk għal 3 punti 22-25. Starlites wieġbu b’żewġ trippli oħra minn Ian Felice Pace u Matthew Scerri biex temmew it-taqsima 30-24 minn fuq wara li Xuereb għamel ukoll it-tieni trippla tiegħu. Fit-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u għalkemm il-punti naqsu, Starlites dejjem irnexxielhom li jibqgħu fuq quddiem. Kien hemm trippla fuq kull naħa minn Francesco Mifsud Bonnici u Alec Felice Pace qabel ma Starlites kellhom break qasir ta’ 7-2 u daħlu jisrieħu 53-44 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, wara li Athleta waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 50-55, Starlites kellhom mument tajjeb b’run ta’ 13-2 fejn Matthew Attard għamel tlett trippli u kien hemm ukoll baskets ta’ I. Felice Pace, George u Notch biex fetħu vantaġġ ta’ 16 -il punt 72-56, distakk li żammew sa’ tmiem is-sessjoni 77-62. Fl-aħħar

sessjoni kien hemm tentattiv ta’ rimonta minn Athleta li kellhom run ta’ 16-2 immexxija minn Griffen u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 83-87 hekk kif huma tilfu wkoll free-throws kruċjali. Basket ta’ George reġa’ kabbar il-vantaġġ ta’ Starlites li għalqu l-partita bill-punti ta’ Felice Pace u Notch u ħarġu rebbieħa 92-83.

Gżira Athleta: J. King 17, F. Mifsud Bonnici 5, N. Buhagiar, L. Stefanovic 3, J. Ellul Dowling 2, N. Xuereb 16, R. Griffin 40, I. Xuereb, S. Vincic, R. Abela, B. Zammit.

Starlites FIJO: A. Felice Pace 9, M. Attard 11, I. Felice Pace 13, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 4, R. Carabott 5, L. Farrugia, N. Sultana, D. George 24, J. Notch 26.

Referees: Bernard Vassallo, Ionut