Lokali Parlament

L-abbozz ma jitkellimx dwar kif tarbija tista’ tkun salvata

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li din hi liġi li biha se jkun qed jiddaħħal l-abort u kompla li dan hu abbozz li se jeffettwa għaliex jitratta t-terminazzjoni tal-ħajja tat-tarbija. Hi sostniet li l-abbozz ma jitkellimx dwar it-tarbija lanqas dwar kif din tista’ tkun salvata.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-abbozz jitratta t-terminazzjoni tat-tqala iżda imkien m’hemm riferenza għat-tarbija fil-ġuf; bla leħen. Hi sostniet li l-PN hu favur il-protezzjoni lit-tobba, lit-tarbija fil-ġuf u lill-omm u kompliet li kull ħajja hi importanti.

Graziella Galea qal li ma kien hemm l-ebda każ ta’ omm li tilfet ħajjitha f’dawn iċ-ċirkostanzi jew xi professjonist li tressaq il-qorti meta kien hemm każi ta’ terminazzjoni tal-ħajja tat-tarbija biex tkun salvata l-omm. Dan għaliex il-professjonisti jassiguraw it-terminazzjoni tat-tqala meta verament ikun hemm periklu għall-ħajja tal-omm.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern m’għandux mandat biex idaħħal l-abort fil-pajjiż u sostna li b’dan l-abbozz se jkun possibbli li t-terminazzjoni tal-ħajja jseħħ. Hi sostniet li l-PN ma jistax jivvota favur din l-emenda u qalet li l-gvern qed jagħmel u-turn billi jintroduċi l-abort.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li mhux ċar sa fejn il-pajjiż jista’ jasal b’din il-liġi u appellat biex l-abort ma jkunx parti mil-liġijiet Maltin. Hi sostniet li min għandu bżonn kura għas-saħħa mentali mhix l-abort iżda li dawn il-persuni jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.