Lokali Parlament

Numru ta’ għaqdiet jikkonfermaw li din hi liġi li se ddaħħal l-abort f’pajjiżna

“Hija prerogattiva tal-mara li tiddetermina kemm lesta tirriskja biex tkompli bi tqala”.

Huma dawn il-kliem li użaw numru ta’ għaqdiet fi stqarrija li ħarġu dalgħodu biex jiddefendu l-fatt li l-Gvern se jiftaħ il-bieb għall-abort f’pajjiżna.

Intqal li avvenimenti riċenti raw mill-inqas żewġ nisa mċaħħda minn kura tas-saħħa u kellhom imorru biex jirċievu l-kura medika barra minn Malta. Huma qalu li dan kollu seta’ jiġi provdut f’Malta iżda t-tobba ma setgħux jagħmlu dan minħabba l-liġi.

Huma qalu li l-introduzzjoni tal-emenda proposta dwar l-abort fil-liġi ta’ Malta hija l-inqas ħaġa li jista’ jsir sabiex is-saħħa tal-mara tkun protetta aħjar.

L-għaqdiet li ffirmaw din l-istqarrija huma aditus, Academics for Choice, Doctors for Choice (Malta), integra Foundation, Moviment Graffitti, Young Progressive Beings, Women’s Rights Foundation, Men Against Violence, Malta Humanist Association, Students for Choice, Parents for Choice, MGRM u l-Women for Women Foundation.