Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Onana mneħħi mill-iskwadra tal-Kamerun b’deċiżjoni dixxiplinarja

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper tal-Kamerun u ta’ Inter Andrè Onana mhux mgħajjat għall-partita ta’ dagħlodu li l-Kamerun se jilagħbu kontra s-Serbja. Rapporti minn sorsi differenti qed jgħidu li d-deċiżjoni li Onana jkun imneħħi mill-iskwadra hija waħda dixxiplinarja iżda ma ngħatawx aktar dettalji.

Post Onana se jieħdu Devis Epassy, goalkeeper tat-tim ta’ Abha fil-Kampjonat tal-Arabja Sawdija hekk kif il-Kamerun se jkunu qed ifittxu l-ewwel punti fi Grupp G.