Lokali Parlament

Politika mibnija fuq il-valur, l-ambjent u l-governanza tajba

Albert Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg sostna li hu jemmen f’politika mibnija fuq l-almbjent, il-governanza tajba u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Fl-ewwel diskors tiegħu fil-parlament wara li kien elett hu qal li jemmen fil-ġid komuni u sostna li l-politika għandha tkun waħda ta’ valuri fosthom il-valur tal-ħajja u l-ambjent li hu d-dar komuni u l-futur tal-pajjiż. L-irħula qed jitilfu l-identità fejn l-ambjent jinsab taħt assedju minn dawk li jridu jibilgħu Malta kollox… mill-fat cats.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn qed jagħmlu ħerba minn Malta fejn Malta saret sit wieħed ta’ kostruzzjoni. Hu qal li kienu approvati 49,000 permess ta’ kostruzzjoni; 10,000 permess kull sena.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-istudji juru li 93% taż-żgħażagħ iridu jitilqu mill-pajjiż minħabba l-problemi tal-ambjent. Id-dritt tal-bini m’għandux itellef id-dritt ta’ persuni li jgħixu l-kwalità ta’ ħajjithom. Jeħtieġ li ssir reviżjoni tal-Pjani Lokali, sostna Albert Buttigieg, li qal li dawk li spiċċaw midfunin bil-bini għandhom id-drittijiet tagħhom ukoll. Jeħtieġ ikun stabblit ukoll l-ammont ta’ bini li l-lokaliatjiet jifilħu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li t-turisti jiġu Malta biex jaraw lil Malta fil-Mediterran. Jeħtieġ Master Plan nazzjonali fejn l-ODZ u l-UCA jibqgħu kif inhuma.

Dwar il-ġonna privati fil-lokalitajiet hu qal li diversi djar qed jitwaqqgħu bil-konsegwenza li l-ġonna qed jispiċċaw. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll enfasi fuq id-drittijiet solari.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar it-tibdil tal-klima u staqsa jekk wasalx iż-żmien li tibqa’ d-dipendenza fuq il-karozzi fejn qed joħorġu iktar pemressi għal iktar pompi tal-petrol.

Il-ħarisen tal-ambjent ifisser ukoll il-ħarsien tal-annimali; il-moħqrija tal-annimali għandha tieqaf. Jeħtieġ li titwaqqaf il-piena kapitali fuq l-għasafar; l-ebda passatemp ma jista’ jsir mibni fuq qtil. Meta l-kaċċaturi se jsiru ambjentalisti?

Hu qal li valur ieħor hu l-inklużjoni fejn ħadd ma jkun eskluż. Kulħadd hu bniedem bid-dinjità tiegħu biex dawk li jinsabu fit-truf tas-soċjetà jingħataw l-appoġġ meħtieġ.

Id-deputat Nazzonjalista qal li hawn tfal li jinsabu mwarrba minħabba l-obeżità u l-litteraliżmu. Jeħtieġ li l-minsijin tas-soċjetà jkollhom leħen ukoll, sostna Albert Buttigieg, li qal li r-razziżmu mhu aċċettat qatt.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu konsulenzi jitħallsu bl-eluf waqt li hemm tfal li jitolbu l-ikel għall-Milied. Il-korruzzjoni saret istituzzjonalizzata fejn kollox jgħaddi. Mhux kollox hu aċċettabbli; dan qed iwassal għal kultura ta’ impunità. Għalhekk inqatlet Daphne Caruana Galiia, sostna id-deputat Nazzjonalista, li appella biex issir ġustizzja mal-qtil politiku ta’ Raymond Carauana u l-qtil ta’ Karin Grech.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti terġa’ tkun indirizzata. Jeħtieġ ikun hemm awtorità li tara u ssegwi din il-liġi.