Lokali

Pubblikazzjoni b’rakkonti minn 15-il mara

“Resilient Women: Conversations about mastering life”.

Din hija pubblikazzjoni b’rakkonti li jevalwaw l-isfidi u jiċċelebraw il-kontribut ta’ 15-il mara minn oqsma varji tal-ħajja; mill-politika u n-negozju għall-ħajja reliġjuża u l-filantropija.

Ktieb li ġie preżentat lill-Kap tal-PN Bernard Grech minn Stephanie Fabri u Kirtsen Cutajar Miller, li huma tnejn minn erbgħa edituri ta’ din il-pubblikazzjoni.

Bernard Grech qal li rakkonti bħal dawn jiċċelebraw il-mara, u l-kapaċitajiet u r-reżiljenza tagħhom; fejn dawn il-15-il mara huma xbiha ħajja ta’ kemm il-mara tista’ timxi ‘l quddiem. Stephanie Fabri qalet li fost il-kwalitajiet li jiddistingwu dawn in-nisa hemm id-determinazzjoni li juru fil-qasam professjonali u familjari tagħhom  u kif il-karriera hija waħda miżgħuda b’dedikazzjoni u ħidma vokazzjonali.