Sport Sport Ieħor

Table Football: Organizzat tournament fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-bidu tat-Table Football f’Malta

Nhar il-Ħadd il-Malta Table Football Sports Association organizzat kompetizzjoni biex tiċċelebra l-40 Anniversarju tat-Table Football f’Malta, li kienet sponsorjata minn Lino Bartolo f’isem Società Filarmonica Nazionale “La Valette”.

F’dan l-avveniment ħadu sehem 14-il plejer b’Samuel Bartolo jegħleb lil Jurgen Balzan 3-1 fil-Finali. BIex wasal sal-finali Bartolo rebaħ 2-1 kontra Charles Aquilina filwaqt li Balzan rebaħ 3-2 kontra Mark Gauci f’logħba li spiċċat bil-penalties.