Internazzjonali

AĠĠORNATA: Telgħu għal tmienja l-vittmi tal-valanga f’Ischia

Huma tmienja l-vittmi konfermati sa issa wara t-traġedja li laqtet il-gżira Taljana ta’ Ischia fi tmiem il-ġimgħa. Dan filwaqt li għadha għaddejja tfittxija għal ħames persuni oħra li għadhom neqsin.

It-tminn vittma – li huwa raġel – instab mis-servizzi ta’ emerġenza kmieni dalgħodu.

Bħalissa, is-sitwazzjoni hija ġirja kontra l-ħin. Tant li mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili ingħaqdu wkoll mijjiet ta’ volontiera li qed jgħinu kif jistgħu; b’uħud qed ineħħu t-tajn anke b’idejhom stess.

L-aktar zona milquta minn din il-valanga kienet Casamicciola, fejn għexieren spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.