Lokali Qorti

12-il sena ħabs wara li stupra żewġ subien tal-partner tiegħu u anke tifla

Raġel li llum għandu 59 sena ġie kkundannat 12-il sena ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li b’mod ripetut ikkorrompa u stupra lit-tifel tal-partner tiegħu, liema reat dam sejjer tliet snin minn mindu t-tifel kellu disa’ snin sakemm kellu 12-il sena. Huwa ammetta wkoll li kien stupra li ħu t-tifel minuri li kellu 18-il sena, u anke tifla ta’ 13-il sena, parentela tas-subien u dan fejn fabbrika li tinsab f”Ħal Far

Huwa kien ilu f’relazzjoni ma’ omm il-vittma għal 10 snin u li l-abbuż kien iseħħ meta omm it-tifel kienet f’qiegħ ta’ sodda minħabba li kienet marida bil-kanċer. It-tifel kien jirċievi kliem ta’ theddid mill-ħati illi jekk jikxef kien se jispiċċa f’istitut u ommu fil-qabar. It-tfal kienu jibżgħu jgħidu lil ommhom b’dak li kien qed jiġri biex ma jinkwetawhiex u anke minħabba t-theddid li kienu jirċievu mingħand il-ħati.

Il-ħati għall-ewwel kien tkellem mal-partner tiegħu u qalilha li kien qed jissuspetta ħażin bil-fatt li t-tifel kien qed jaghmel ‘sleepovers’ ta’ spiss għand zijuh u beda jaħseb ħażin. Fuq dan is-suspett omm it-tifel iddeċidiet li tkellem lil binha u staqsietu x’kien joqgħod jagħmel għand zijuh.

It-tifel qalilha li kien jgħinu b’xi xogħħlijiet id-dar. Hu staqsiha x’kienet ir-raġuni għalfejn kienet qed tagħmillu dawn il-mistoqsijiet u ommu spjegatlu li l-partner tagħha, li t-tifel kien jgħajjatlu papa’, kien issuspetta ħażin fiz-ziju tiegħu. Meta t-tifel sema’ hekk stqarr ma ommu li kien fil-fatt il-partner ta’ ommu u mhux zijuh, li kien ilu tliet snin jabbużah sesswalment.

Abbuż li kien iseħħ kuljum

Irriżulta li f’ġimgħa l-abbuż kien seħħ ġieli kuljum tant li l-minuri ma setgax jgħodd id-drabi li para. Il-ħati kien ġieli jitolbu biex jgħinu f’xi ħaġa tad-dar bħal per eżempju fit-tisjir u meta t-tifel kien imur, il-partner ta’ ommu kien iġiegħu jagħmel miegħu s-sess orali u meta t-tifel ma kienx ikun irid jagħmel l-istess lill-ħati, s-sieġeb ta’ ommu kien
jisforzah.

Kollox beda meta t-tifel kellu biss disa’ snin. Darba fost l-oħrajn kien daħal fil-kċina fid-dar fejn kien jirrisjedi ma ommu u ma ħuh il-kbir u sab lil ħuh jagħmet atti sesswali moqżieża. Meta l-minuri ra dan, ħassu xxukjat u telaq jiħri. Xi ġurnata wara kien tkellem ma ħuh Omisses li kien qallu li ma seta’ jagħmel xejn għaliex is-sieħeb ta’ ommu kien jheddu li jekk kien se jitkellem, kien se jwaddbu minn Għar Ħasan għal isfel.

It-tifel kien ikkonfronta lill-akkużat u staqsa x’kien qed jagħmillu lil ħuh u l-akkuzat dlonk qallu li se jurih u wettaq sess orali fuq il-minuri. Dan l-abbuż fuq il-minuri seħħ minn raġel kien suppost qiegħed jieħu hsieb lill-minuri waqt li ommu kienet tkun qiegħda rikoverata fis-sodda ma tistax toħroħ jew timxi minħabba l-operazzjonijiet serji u numerużi li kienet għamlet f’dawk is-snin, anke minħabba li kienet qiegħda tingħata l-kimoterapija għall-marda tal-kanċer, fost problemi ta’ saħħa oħra li kellha.

Fil-fatt, kien minħabba din ir-raguni li matul it-trapass ta’ dawn it-tliet snin il-minuri qatt ma tkellem m’ommu dwar dak li kien qiegħed għaddej minnu preċiżament minħabba li l-akkuħat kien jheddu li jekk kien se jgħid lill-ommu, l-akkużat kien se jispicca l-habs, u t-tifel jispiċċa f’istitut u ommu tispiċċa f’qiegħ ta’ qabar.

Fir-rigward tat-tifel il-kbir, kollox kien beda meta darba minnhom, għall-ħabta tas-sena 2016, meta kellu tmintax 18 jew
19 -il sena, kien mar jitkellem mal-akkużat biex jitolbu parir fuq kif għandu jmur ma tfajla minħabba li din kienet xi ħaġa li hu kien għadu qatt m’esperjenza.

L-akkużat f’dak il-mument kien kixef il-parti ġenital tiegħu u kien qallu biex iwettaq sess orali fuqu biex jurih kif kienu jiħru l-affarijiet. F’okkażjoni oħra l-akkuzat kien se jwassal lit-tifel għax-xogħol u kien ħadu n-naħa tal-fabbriki ta’ Ħal Far, waqqaf il-vann u qallu biex jinżel mill-vettura.

It-tifel il-kbir kien niżel u kif għamel hekk, l-akkużat niżżel il-qalziet tat-tifel u wettaq att ta’ sess orali fuqu. Wara ftit minuti, qallu biex iwettaq sess orali bil-parti ġenitali tal-akkużat. Reati ta’ stupru mat-tifel il-kbir kienu jsiru d-dar u dan kien isir bit-theddid kollu li jġib miegħu. Dan kollu maż-żewġ subien kien isir kontra l-volontà tagħhom.

Il-ħati ammetta li pparteċipa f’attivitajiet sesswali maż-żewġ subien u li f’każ minnhom ir-reat kien wieħed aggravat peress li l-vittma kellu anqas minn 12-il sena. Il-Qorti tal-Appell qalet ukoll li minkejja li r-raġel ammetta, din ,l-ammissjoni ma kinitx waħda bikrija.

Stupra ukoll tifla f’post imwarrab

Huwa ammetta wkoll li kien abbuża minn tifla ta’ 13-il sena fis-17 ta’ Diċembru 2018 meta dan kien ghamlu billi daħħal subghajh fil-parti ġenital taghha. Dak inhar kien mar jiġbor lit-tifla mill-iskola hu minħabba li ommha kienet l-isptar u, li suppost kellha tiġborha hi, kien telagħlha d-deni.

Meta daħlet fil-vann li kien isuq l-akkużat qalilha li kienu se jmorru ġirja għand it-tifel tiegħu imbghad kien se joħodha d-dar. Huma u sejrin lura d-dar, wara li l-akkużat kien waqaf għand it-tifel tieghu, ipparkja f’post imwarrab li t-tifla tgħid kien jidher qisu x’imkien viċin tal-Playmobil.

L-akkużat staqsiha riditx taghmel xi affarijiet tal-kbar u hi irrifjutat imma baqa’ jinsisti magħha u jgħidilha li kien iħobbha sakemm talabha tniżżel il-qalziet tat-tracksuit tal-P.E. li kienet liebsa. Il-minuri, li sabet ruħha f’post imwarrab u weħidha ma’ l-akkuzat, obdiet billi ħassitha li ma kellhiex għazla u ma setgħetx taħrab. Meta niżżlet il-qalziet tal-uniformi li kienet liebsa, l-akkużat minghajr il-kunsens tal-minuri, stupraha b’subajgħ.

Il-Qorti qalet ukoll li d-difiża u l-prosekuzzjoni qablu fir-rigward tal-piena li għandha tingħata lill-ħati u cioe’ dik imsemmija fir-rikors konġuntiv tagħhom preżentata fl-atti nhar l-24 ta’ Novembru 2022.