Sport Waterpolo

BREAKING: Joe Caruana Curran jirtira n-nomina tiegħu għall-President tal-ASA

Illejla se tkun qed tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA fejn fost l-oħrajn fuq l-aġenda hemm l-elezzjoni għal President tal-assoċjazzjoni. Għal din l-elezzjoni l-kontestanti kellhom ikunu l-President attwali, Joe Caruana Curran u l-kowċ nazzjonali Karl Izzo.

Net News hu infurmat li siegħa qabel tibda din il-laqgħa, u allura qabel tinżamm l-elezzjoni bejn dawn it-tnejn, wieħed mill-kontestanti, Caruana Curran informa lill-kummissjoni li qed tieħu ħsieb din l-elezzjoni, li hu kien qed jirtira l-kontestazzjoni tiegħu.

Għaldaqstant Izzo mistenni jmur għal vot biex isir President tal-ASA waħdu, bil-probabiltá kollha li jġib l-ammont mitlub skont l-istatut tal-assoċjazzjoni biex isir il-President il-ġdid tal-ASA.