Futbol Sport

Brenda Borg u Lexine Farrugia plejers tax-xahar għal Settembru u Ottubru

Il-captain ta’ Mgarr United Women Brenda Borg intagħżlet bħala l-Women’s League Player of the Month għal Settembru/Ottubru.

Borg kellha bidu tal-kampjonat mill-aqwa, li matulhom kienet plejer importanti fl-iskwadra ta’ Mgarr United F.C, fejn skurjat ħames gowls u hi t-tieni l-aqwa skorer tal-kampjonat.

Dan waqt li Lexine Farrugia rebħet it-tieni unur ta’ Plejer tax-Xahar fi ftit jiem, din id-darba l-Women’s Youth League Player of the Month għal Settembru/Ottubru mogħti mill-Malta Football Association.

Farrugia, plejer ta’ Raiders FC, għadha kif rebħet ukoll il-Plejer tax-Xahar għal Ottubru, minn fost il-plejers tal-kampjonat ewlieni, mogħti mill-Malta Football Players Association.