Lokali

Cyrus Engerer jikkonferma li Robert Abela se jdaħħal il-liġi tal-abort

F’email mibgħut mill-MEP Laburista Cyrus Engerer lil sħabu l-Ewroparlamentari, id-Deputat Laburista jikkonferma li Robert Abela se jdaħħal l-abort f’pajjiżna. U jfaħħar lill-Prim Ministru għal dan il-pass storiku biex Malta tillegalizza l-abort. B’Cyrus Engerer jgħid li dan huwa “pass fid-direzzjoni t-tajba”.

Fl-ittra tiegħu, Engerer juża l-frażi “terminazzjoni tat-tqala”. U jitlob lil sħabu biex anke huma jappoġjaw lill-Gvern ta’ Robert Abela.

L-email kienet iffirmata minn Engerer, u mill-MEPs Sopie in’t Veld u Predrag Matic.

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, 13-il għaqda qalu illi – skont huma – “hija prerogattiva tal-mara li tiddetermina kemm lesta tirriskja biex tkompli bi tqala”. Dan filwaqt li rreferew għall-emenda fil-Kodiċi Kriminali bħala liġi tal-abort; konferma ċara li l-Gvern qed idaħħal l-abort meta m’għandux mandat elettorali.