Internazzjonali

Hawaii: Jiżbroffa l-akbar vulkan fid-dinja

Il-Muana Loa, fil-Hawaii – li hu l-akbar vulkan attiv fid-dinja – żbroffa għall-ewwel darba f’40 sena. Il-vulkan inkwistjoni jinsab fil- Hawaii Volcanoes National Park u jkopri nofs l-hekk imsejjaħ ‘Big Island’ tal-Istati Uniti.

Intant, u waqt li l-gliegel tal-lava huma ftit jew wisq ‘ikkontrollati’, ir-residenti fiz-zona jinsabu fuq allert fost it-twissijiet dwar xita ta’ ġmied potenzjali, dovut għall-vulkan.

Is-servizzi ġeoloġiċi tal-Istati Uniti  qalu wkoll li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel malajr, bit-twissija dwar il-vulkan titqies bħala l-ogħla klassifikazzjoni għal stat ta’ allert fiċ-ċirkustanzi. Madankollu, ma ħarġu l-ebda ordnijiet għal xi evakwazzjoni, bl-uffiċjali għall-emerġenzi jaqblu li l-iżbroff  mgħandux iħalli xi impatt ‘diżastruż’ għaz-zoni residenzjali.