Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi Daikin jegħlbu lil Sliema Hotsticks u jirbħu ċ-Challenge Cup

Qormi Daikin huma r-rebbieħa taċ-Challenge Cup wara li għelbu lir-rivali eterni GREE Sliema Hotsticks 7-6 wara penalty shoot-outs.

Qormi marru minn fuq minn awtogowl ta’ Luke Brincat biex l-ewwel quarter għalqet 1-0 minn fuq.

Fit-tieni quarter Sliema marru minn fuq 2-1 b’doppjetta ta’ Benjamin Johnston iżda gowl ta’ Kyle Micallef reġa’ ġab l-iskor indaqs.

Fil-bidu tat-tielet quarter Sliema marru 4-2 minn fuq b’gowls ta’ Ryan George u Chris Agius iżda Qormi ma’ qatgħux qalbhom u fir-raba quarter irnexxielhom jerġgħu iġibu l-iskor indaqs pemezz ta’ gowls minn Luke Bajada u Juan Sarcia biex il-logħba marret għall-għoti tal-penalties.

Qormi rebħu x-shoot-out 3-2 għal skor finali ta’ 7-6.

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey Gordon Mifsud ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Qormi Daikin Kurt Grixti.

GREE Sliema Hotsticks: Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Jonathan Borg, Shaun Grima, Ryan George, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Benjamin Johnston, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Ludwig Cole, Lukas Plaehn, Kurt Bonnici.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Luke Bajada, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Kurt Grixti, Luca Fsadni.

Umpires: Luke Busuttil Leaver, Shaun Mifsud.