Il-Gvern tal-Labour se jkollu rekord dinji; l-ewwel pajjiż li se jidħol fil-Guinness Book of Records bħala l-uniku stat li se jippermetti abort sad-9 xahar tat-tqala.
Dan qalu l-Professur tal-Liġi Kevin Aquilina f’artiklu fil-ġurnal The Malta Independent fejn spjega kif permezz tal-abbozz ta’ liġi numru 28 tal-2022…ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Prim Ministru se jkun qed jillegalizza l-abort mill-bieb ta’ wara.
Il-Professur Aquilina saħaq illi filwaqt li l-Gvern qed jiċħad u qed jghid li l-għan ewlieni wara din il-liġi huwa li jsalva l-ħajja ta’ omm meta jkun hemm kumplikazzjonijiet serji fit-tqala…il-Gvern irid li ċ-ċittadin jemmen li kull ma huwa jagħmel, hu li jsaħħaħ b’mod legali prassi li t-tobba ilhom jagħmlu.Madanakollu, Kevin Aquilina saħaq li l-kliem ta’ din il-liġi qed jindika mod ieħor.
Dan hekk kif fil-liġi jingħad li t-terminazzjoni tat-tqala ssir jew jekk il-ħajja tal-mara tkun f’riskju…iżda anke saħħitha. Dan ifisser li l-proposta tal-Gvern qed tiddistingwi bejn ħajja u saħħa.
Kevin Aquilina spjega li hemm diversi każi ta’ kif saħħet mara li għandha tarbija f’ġufha tkun f’riskju…iżda ma tkunx ta’ theddida għal ħajjitha. U huwa hawn fejn l-emenda tal-Gvern toħloq problemi…bl-abort qed jidħol mill-bieb ta’ wara.
Huwa saħaq li jekk il-Gvern ikun onest, u jammetti dak li qed jagħmel, ikun qiegħed jevita in-nofs veritajiet li qed jippreżenta lill-poplu – u jisħaq li l-liġi tippermetti l-qtil tal-embrijun jew il-fetu jekk ikun ta’ inkonvenjent għall-mara.
Aquilina sostna li b’tali liġi li jrid jimplimenta l-Gvern…ladarba mara tqila tkun qed issofri minn dipressjoni temporanja jew stress jew rimors li nqabdet tqila, jew saħansitra tirrealizza li m’għandhiex biżżejjed flus biex trabbi wild biex ma tpoġġix ħajjitha f’riskju…fid-disa xahar tat-tqala tista’ tiddeċiedi li tagħmel terminazzjoni tat-tqala. Minkejja li tarbija tista’ titwieled u tgħix saħansitra mas-seba’ xahar tat-tqala.
Kevin Aquilina insista li b’tali liġi…il-Gvern jista’ jiftaħar bil-fatt li Malta hija l-ewwel stat membru Ewropew li qed idaħħal l-abort fuq trabi fil-ġuf ta’ disa’ xhur.
//= $special ?>