Lokali Qorti

It-tir fatali li qatel lil Bernice Cassar kien dak sparat f’wiċċha filwaqt li żewġha talab lill-Pulizija biex jisparawlu

It-tir fatali li qatel lil Bernice Cassar kien dak li kien sparat f’wiċċha u mhux dak li laqatha f’sidirha. Dan ħareġ wara l-awtopsja li saret fuq il-vittma. Ix-xhieda tal-Ispettur Wayne Camilleri kienet tgħid ukoll li r-raġel ta’ Bernice Cassar, Roderick Cassar talba lill-Pulizija biex jisparawlu meta kien imsakkar ġewwa daru fil-Qrendi, waqt li -Pulizija bdiet tgħidlu biex joħroġ.

L-Ispettur Camilleri qal li dan għaliex filwaqt li beda jhedded li se jispara fuq nniffsu, fl-istess ħin beda jibża’ li jekk jagħmel hekk kien se jibqa’ ħaj. L-Ispettur Wayne Camilleri kien l-ewwel wieħed li xehed fil-bidu tal-kumpilazzjoni ta’ Roderick Cassar mixli bil-qtil ta’ martu Bernice.

Ix-xhud qal li l-involviment tiegħu f’dan il-każ beda għall-ħabta tat-8am. meta irċieva telefonata minn ħafna li kienu daħlu fid-depot li hemm persuna li qalgħet xi tiri f’Kordin. Qalulu li l-inċident seħħ kantuniera ma’ Triq il-Baċir. Hu wasal hemm xit-8.15am u seta’ jara li x-xena kienet diġa preservata, bit-triq magħluqa.

Seta’ jinnota li kien hemm karozza bajda tat-tip Nissan Qashqai bajda fin-nofs. Seta’ jinnota fejn il-vettura n-naħa ta’ wara tax-xufier fejn it-tyre ta’ wara kien hemm katavru femminili u ħafna dmija fuq ix-xena. Peress li hemm niżla d-demm beda jċarċar l-isfel, bil-biebin ta’ xufier u ta’ wara tax-xufier u tieqa tax-xufier kienet imkissra.

Hi kellha tir f’sidirha u ieħor f’wiċċa li kienu magħmulin x’aktarx minn shotgun u evidenti li tiri ġew sparata mill-viċin u kien hemm xi skrataċċ ta’ kulur ħadrani. Ix-xhud qal li nfurmawh li kienu nstabu aktar minn tliet skrataċċ. Hemm kien ukoll iltaqa’ mal-investigatur Shawn Pawney u seta’ jinnota u jisimgħu jitkellem ma’ diversi xhieda li possibiliment raw xi ħaġa.

Nies fuq il-post fosthom familjari u kollegi

Kien hemm xi nies li jiġu mill-vittma u l-katavru ġie identiikat ta’ Bernice Cassar u kien hemm kollegi tagħha, li kkonfermaw li kienet hi. Il-karozza li kien hemm kienet tgħajjat lilha u dawk li huma kollegi tagħha, bdew jgħidu lil Pawney li r-raġel tagħha kien involut u li kienu għaddejjin minn battibekki u li kien qed jgaġmliha ħajjitha diffiċli u ma kienx qed jgħix magħha u li hu kienet qed tagħmel diversi rapporti mal-Pulizija fuqu.

Kien hemm min fil-bidu ħaseb li kien inċident tat-traffiku li eskala. Min ra l-inċident qalu li raw raġel li ħariġha mill-karozza u beda jgħid kliem ta’ tgħajjir u beda jweġġa’ lill-vittmi u li anke ħin minnhom ġab arma tan-nar mill-karozza tiegħu u ta tliet tiri u li laqatha darbtejn żgur.

Roderick Cassar ta’ 42 sena mill-Imqabba u residenti l-Qrendi qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ martu f’Raħal Ġdid li seħħ nhar it-Tlieta 22 ta’ Novembru. Bernice Cassar ta’ 40 sena sfat maqtula meta intlaqtet minn żewġ tiri sparati lejha bil-pulizija temmen li l-qtil huwa konsegwenza ta’ storja ta’ ġlied domestiku bejnha u żewġha.

Persuni li qalu li ġew sparati tliet tiri

Ix-xhud kompla jgħid li minħabba li kien hemm persuni li qal li ġew sparati tliet tiri mill-investigazzjoni jidher li kien hemm tir sparat lejn l-art. L-Ispettur Paul Camilleri kien dak li nforma lill-Maġistrat Inkwerenti. Infurmat ukoll li kien hemm unit tal-RIU li bdew jassistu u bdew jagħmlu patrol fl-inħawi. Kellhom ukoll l-indirizz tar-residenza tal-akkużat u saru jafu li quddiemu kienet instabet il-vettura, tiegħu bil-possibilità wkoll li kienet involuta fl-inċident u li kienet tat-tip Toyota Ractis.

Huwa baqa’ jikkordina dan il-każ mal-Ispettur Shawn Pawney u wara minn hemm telaq lejn il-Qrendi fejn wasal hemm fid-9.00am. Kien hemm diversi units tal-RIU u SIU (Special Intervention Unit) li għalqu t-triq kollha minn fuq sa isfel minħabba li kien hemm possibilita kbira li Rpderick Cassar li kien ġewwa.

Qal li l-Pulizija kien moħħhom dwar x’ġara mit-tfal għax dawn setgħu dawn kienu ma’ missierhom. Wara iżda kellhom konferma li kienu l-iskola u hekk bdew jimxu fuq it-teżi li kien qiegħed waħdu d-dar. Tenna li fil-Qrendi kienu marru team ta’ negozjaturi fejn l-Ispettur Omar Zammit kellu kuntatt miegħu.

In-negozjati damu sas-2.30am. u dan minħabba li s-suspettat li għadu armat, bil-vantaġġ iżda li kienu jafu li kien waħdu, allura ma riedux jaħdmu bl-għaġġla, fejn hu beda wkoll jhedded li se jagħmel suwiċidju imma qed jibża’ jagħmilha u beda jitlob lill-Pulziijna biex jisparaw fuqu,

Huwa baqa’ jinsisti li ma riex iċedi għal ma riedx imur il-ħabs u qalilhom biex imorru ‘l hemm. Imma fis-2.30am iddeċiedew li jiżblukkaw is-sitwazzjoni. Ħuh beda jikkopera mal-Pulizija u tahom aċċess għaċ-ċavetta tal-komun. Dan kollu inqabad mill-bodu cams tal-Pulizija li kien se jgħid, qabel ma daħlu kellhom jisparaw fuq il-lock tal-bieb u bdew jagħtu ordnijiet lil Roderick biex joħroġ mill-binja fejn hu kien fil-kamra tas-sodda.

Kien għadu bl-arma f’idejh u tawh l-ordni biex iniżżel l-arma u hekk għamel u beda jobdi l-ordnijiet u l-Pulizija niżżluh ground floor. Wara li ġie konfermat li l-binja safe daħal fejn hemm kien hemm magħhom is-Supretendent Keith Arnaud u ġie arrestat mill-Ispettur Lydon Zammit. L-arma kienet fit-tarf tal-kuridur li jagħti għal main bedroom fejn kien hemm skartoċċ ta’ kulur aħdar bħal ma sabu fix-xena tar-reat.

Instabu skrataċċ fid-dar tal-akkużat

Wara saru tfittxijiet fir-residenza mit-team forensika. Wara kien infurmat li nstabu aktar minn skartoċċ wieħed li kienu kollha ta’ kulru ħadrani. Saret tfittxija fit-Toyota Ractis li din ġiet meħuda d-Depot. L-Ispettur Pawney meta wkoll jara fuq CCTV cameras fil-viċin fejn irriżulta li l-akkużat kien liebes waqt l-omiċidju.

Ambullanza standby irrħeed Mater Dei u hemm sarlu e’ami tal-GSR, ġie eżaminat li kien b’saħħtu u ġie rilaxxat mill-ewwel fejn ittieġed fil-lock up tad-depot. L-għada peress li kien qalbet il-ġurnata, kien eżaminat mill-psikjartra Beppe Micallef Trigona li eħaminah darbtejn u qalilhom li kien f’pożizzjoni li jiġi interrogat.

L-awtopsja fuq Bernice Cassar saret dak inhar fejn punt interessanti kien it-tir fil-wiċċ u mhux dak ta’ sidirha. Saret ukoll identity parade fid-depot fejn hemm kien hemm ukoll l-avukati tiegħu Ftanco Debono u Marion Debono. Kien hemm hu u tmien persuni oħra li ma kellhom x’jaqsmu xejn imma jixbhuh u kienu lebsin kollha l-istess.

Kien hemm ħames xhieda għall-identity parade li raw l-omiċidju jsir. Kull xhud kellu ċans li jagħraf persuna darbtejn, dik lin jidħol u jerġa joħroġ u jara jerġax jagħraf lill-imuputat. Erba’ għarfuh u ieħor qal li ma għaraf lil ħadd. Wara ġie interrogat bil-video recording għal erba’ darbiet u dejjem kien mogħti d-drittijiet tiegħu fil-preżenza tal-Avukat Marion Camilleri u kien mogħti ħin kemm hemm bżonn mal-avukat tiegħu.

Wara ġie interrogat u qal li jiddispjaċih għal dak li ġralha martu imma ma wera l-ebda emmozzjoni. Wara qal li hu għajjien u mar jorqod. L-għada reġgħu nterrogawh wara li qalilhom li traħ biżżejjed. Bħal ġurnata ta’ qabel ma riedx iwieġeb għal domandi. Qalilhom li kienet taħdem ma’ Merit Malta u qalilhom dak li kienet tgħidlu hi u li deher dubjuż għal dak li kienet tgħdilu hi.

Meta mistoqsi mit-tfal iddispjaċih u qabad jibki u meta intwera rittratt bit-tir f’wiċċha baqa’ l-istess mhux kommoss. Tawh break u t-tielet interogazzjoni ma kienx preżenti għaiha għad kienet f’idejn l-Ispettur Shawn Pawney. Ix-xhud ippreżentav rapport ta’ persuna li kien għamel fil-konfront tiegħu wara li l-akkużat beda jissuspetta ħażin fih. Ġew ippreżentati wkoll nunru ta’ rapporti li għamlet il-vittma kontra żewġha fuq vjolenza domestika. Ir-rapporti ta’ vjolenza domestika saru kollha fid-depot tal-Pulizija.

Waqt il-kontro eżami li sar mill-Avukat Debono dwar min wasal l-ewwel fuq ix-xena tar-reat qal li kienu tal-RIU, li kienu jikkonsistu f’Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija. Inġabru xi filmati tal-madwar ta’ fejn seħħ l-omiċidju. Minn kumpaniji u kien hemm filmat ta’ xi ħadd li kien qed jiffilmja mill-mobile. Bażikament ġie ffilmjat dwar x’ġara qabel, fosthom il-kommossjoni.

Dwar jekk it-tieqa tal-karozza tal-vittma tkissritx minn xi tir, l-Ispettur qal li le u din tkissret mill-akkużat. L-Ispettur qal li t-tieqa jaf tkissret bl-arma nnifisha, iżda mhux b’tir. Debono staqsa wkoll dwar il-bibien tal-vettura. L-Ispettur jgħid li l-bibien tan-naħa tax-xufier kienu miftuħin kollha u li kienu miftuħin beraħ. Dwar jekk hux minnu li l-vittma ma kellhiex feriti oħra apparti t-tiri. L-Ispettur qal li ma jafx.

Debono staqsa min qal li ġew sparati tliet tiri imma l-Ispettur jgħid li ma jafx. Rigward it-tiri li ma laqatx il-vittma, l-Ispettur jgħid li dan ma kienx ‘il bogħod ħafna. Debono jistaqsih jekk kienx qrib saqajha u l-Ispettur jgħid li viċin imma li ma jistax jikkonferma. Debono staqsa dwar il-kronoloġija tat-tiri imma l-Ispettur jgħid li min eżamina l-filmati jista’ jirrispondi u mhux hu.

Debono jistaqsi dwar l-arma u l-Ispettur jgħid li xhud qal li ra s-suspettat joħroġ mill-vettura mingħajr l-arma. Wara. ħareġ il-vittma mill-karozza, mar iġib l-arma u sparalha. Debono staqsa wkoll jekk huwiex minnu li l-vittma ma kellhiex feriti oħra apparti t-tiri. L-Ispettur qal li ma jafx. Debono staqsi min qal li ġew sparati tliet tiri imma l-Ispettur jgħid ukoll li ma jafx.

Rigward it-tir li ma laqatx il-vittma, l-Ispettur jgħid li dan ma kienx ‘il bogħod ħafna. Debono jistaqsih jekk kienx qrib saqajha u l-Ispettur jgħid li viċin imma li ma jistax jikkonferma. Debono jistaqsi dwar il-kronoloġija tat-tiri imma l-Ispettur jgħid li min eżamina l-filmati jista’ jirrispondi.

Debono jistaqsi dwar is-suspettat u jekk verament riedx itemm ħajtu. L-Ispettur qal li l-Ispettur Omar Zammit mexxa n-negozjati u li saru ħafna telefonati minħabba li kienu qed jaqtgħu. “Roderick Cassar qal li kien qed jibża li jekk jispara fuqu nnifsu, kien se jibqa’ ħaj,” tenna l-Ispettur.

Wara xehdet is-Surġent Miriam Lia li hija stazzjonata fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid. Hi qalet li waqt li kienet xogħol, daħal rapport ta’ inċident tat-traffiku u argument fejn jaf intużat arma tan-nar. Hi tikkonferma d-dettalji tal-arrest bħalma spjega l-Ispettur.

Tgħid li l-katavru kien mgħotti b’liżar u l-vittma kellha tir kbir f’wiċċha u li d-demm kien inxtered sa nofs it-triq. Is-Surġent qalet li Bernice Cassar ġiet ċertifikat mejta fuq i-post minn tim mediku. Hija ppreżentat rapport li rah ukoll l-avukat Debono.

L-Avukat Debono staqsa dwar ir-rapport li nkiteb mis-Surġent. Hu jikkwota r-rapport u dwar id-dettalji tal-inċident. Is-Surġent tikkonferma li d-dettalji tal-argument. Roderick Cassar huwa l-ewwel persuna li qatt ġiet akkużata b’femiċidju volontarju, verżjoni aggravata tar-reat ta’ omiċidju. Il-kunċett ġie introdott fil-liġi kriminali lokali aktar kmieni din is-sena, b’riżultat ta’ emendi li nħolqu mill-qtil vjolenti ta’ Paulina Dembska f’Tas-Sliema fl-Ewwel tas-Sena.

Taħt il-liġi l-ġdida, l-imħallfin jistgħu jagħtu sentenzi aktar ħorox għal qtil imwettaq b’“intenzjoni femimiċida”. L-akkużati f’każijiet bħal dawn ma jistgħux jargumentaw aktar li wettqu r-reat minn “passjoni” – waħda mill-linji ta ‘difiża l-aktar użati f’każijiet bħal dawn.

Cassar qed jiġi mixli wkoll li żamm lill-vittma tiegħu kontra r-rieda tagħha, li uża vjolenza, inkluża vjolenza morali u psikoloġika, li uża arma tan-nar waqt li kien qed jagħmel reat u li ġarr arma mingħajr permess. Akkużi oħra jinkludu s-serq tal-mowbajl u ċ-ċwievet tal-karozza tal-vittma, u l-ħsara volontarja fil-proprjetà tagħha.

Huwa qed jiġi mixli wkoll li kiser ordni ta’ probation u li insulta terza persuna – maħsuba li kien ċivili li kien ipprova jintervjeni filgħodu dak inhar tal-qtil. Fl-aħħar nett, huwa qed jiġi mixli allegatament ffastidja wkoll lil Bernice Cassar u qagħadha fil-jiem, ġimgħat u xhur ta’ qabel il-qtil.

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għal Roderick Cassar, l-Avukati Stefano Filletti, Marita Pace Dimech, Anne Maria Cutajar u Rodienne Sciberras qed jidhru għall-familja tal-vittma bħala parte civile. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angelle Vella, Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avulkat Ġenerali u l-Ispetturi Shawn Pawney, Wayne Camilleri u Paul Camilleri għall-Kummissarju tal-Pulizija.

Minkejja li ma kienx parti mill-Prosekuzzjoni, s-Supretendent Keith Arnaud qed jikkordina mal-Ispetturi li mexxew l-investigazzzjoni u huma parti mill-Prosekuzzjoni. Is-seduti se jkomplu fl-14 ta’ Diċembru fil-12.15pm, l-għada fil-11.15am u fid-19 ta’ Diċembru fl-10.00am.