Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar djalogu dwar il-liġi tal-abort li jrid idaħħal il-gvern

Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li l-gvern għandu jisma’ ħafna iktar qabel jiddeċiedu dar il-liġi tal-abort.

Hu qal li mat-twelid bniedem jingħata isem u jkollu rieda libera u sostna li d-deċiżjonijiet tal-lum jiddettaw ir-realtajiet ta’ għada. Id-deputat Nazzjonalista sostna li se jivvota kontra l-emenda fil-liġi dwar l-abort għax jemmen li l-abbozz mhux komplut.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-akkademiċi qed jappellaw lill-gvern biex jippromwovu iktar diskussjoni u definizzjoni biex ikun hemm qbil. L-akkademiċi qed isostnu li l-mod kif inkitbet l-emenda hu simili għal-liġi fir-Renju Unit fejn l-abort kien permess anki meta l-ħajja tal-omm mhix f’periklu. L-Unievrsità ta’ Oxfrod ukoll qed tgħid li l-emenda tal-gvern se tippermetti l-abort b’mod miftuħ.

Ivan J.Bartolo sostna li l-gvern għandu jisma’ u jwessa’ d-djalogu u qal li l-omm, it-tarbija u l-professjonisti għandhom ikunu protetti iżda dak li qed jgħidu l-akkademiċi u dak li qed tgħid l-Università ta’ Oxford għandhom ikunu kkunsidrati.