Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jidħol fil-pitch bil-bandiera tal-qawsalla

(Ritratt: EPA)

Partitarju daħal fil-grawnd waqt il-partita bejn il-Portugall u l-Urugwaj b’bandiera bil-kuluri tal-LGBTIQ kif ukoll bil-kliem ‘Save Ukraine’ u ‘Save Iranian Women’. Dan wara l-kontroversja li ġabet magħha din it-tazza tad-dinja f’pajjiż bħal Qatar, fejn id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ m’humiex rispettati.

Dan filwaqt ukoll tal-gwerra li għaddeja fl-Ukrajna f’messaġġ ċar għall-mexxejja politiċi madwar id-dinja, li bħalissa għandhom għajnejhom fuq it-Tazza tad-Dinja. Minbarra hekk, fl-Iran għaddejin ukoll diversi protesti rigward id-drittijiet tan-nisa f’dan il-pajjiż.