Lokali Parlament

L-abort mhux soluzzjoni għan-nisa tqal bi problemi ta’ saħħa mentali

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fil-parlament li l-abort mhux soluzzjoni għan-nisa tqal bi problemi ta’ saħħa mentali għaliex is-soluzzjoni għandha tkun li jkunu trattati l-problemi ta’ saħħa mentali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan l-abbozz għandu jsir biex iħalli ġid lill-poplu u jħares il-kostituzzjoni tal-pajjiż. Hu kompla li l-liġi għandha tkun sepċifika quddiem sitwazzjonijiet ta’ malajr biex il-ħajja tkun salvata; kemm jista’ jkun ikunu salvati ż-żwġ ħajjiet.

It-tobba Maltin diġà jwettqu din il-prassi; kemm ilha f’Malta l-professjoni medika għaliex dawn għandhom kuxjenza u kull ħaġa isisr b’intenzjoni tajba.

Dan hu abbozz li joħloq dubju għaliex mhux ċar u ma jispeċifikax liema kundizzjonijiet ta’ saħħa se jeffettwaw lill-mara. Is-saħħa fiżika u mentali huma ta’ importanza straordinarja.

Hu qal li hemm 20% tan-nisa li jiġu effettwati minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali u għalhekk iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet biex l-esperti jkun protetti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-emerġenza fis-saħħa mentali hu s-suwiċidju; jeħtieġ li tingħata l-protezzjoni fl-istadju fejn il-mara tkun tqila. Ir-riċerka turi li fil-każ ta’ nisa fi stadju ta’ tqala fl-aħħar 40 sena ma kien hemm l-ebda każ ta’ suwiċidju li sar fl-stadju ta’ tqala ta’ mara.

Il-prevenzjoni ma ssirx b’liġi li tiftaħ il-bieb għall-abort. Dan l-abbozz jista’ jwassal għall-abort fuq talba tal-mara fejn ir-raġunijiet ewlenin kunu s-saħħa mentali. F’iktar minn 85% tal-abort fir-Renju Unit, l-indikazzjoni tkun is-saħħa mentali.

Il-maġġoranza tal-poplu Malti jridx li jiddaħħal l-abort u l-gvern m’għandux il-mandat elettorali biex idaħħal l-abort.

Hu appella biex tkun ikkunsidrata wkoll is-saħħa mentali tal-ommijiet li jwettqu abort.