L-Istati Uniti għamlitha mal-aħħar 16 wara li fil-partita deċiżiva rebħet kontra l-Iran 1-0. B’dan ir-riżultat l-Amerikani spiċċaw fit-tieni post u għandhom appuntament għal kontra l-Olanda.
Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kien il-plejer ta’ Chelsea Christian Pulisic. Dan wara li l-Istati Uniti skorjat fit-38 minuta meta Sergino Dest iltaqa’ ma’ kross u b’daqqa ta’ ras serva lil CHRISTIAN PULISIC li bil-ġirja kkonkluda wara Alireza Beiranvand. L-istess plejer weġġa’ fl-azzjoni u kellu jinbidel.
Fit-tieni taqsima, l-Iran tjiebet u żiedet il-pressjoni. Fit-52 minuta kross mil-lemin ta’ Ramin Rezaeian lejn Saman Ghoddos iżda bir-ras mill-viċin ra l-ballun jgħaddi barra. Bl-Amerikani ma jagħlqux il-logħba, l-Iran baqgħet tittama u fl-94 minuta kellha l-aħjar ċans. Morteza Pouraliganji prova b’daqqa ta’ ras li għaddiet ftit barra.
//= $special ?>