Għawdex Lokali

“Ma rridux l-isptarijiet tagħna jsiru biċċeriji”

Jagħmel sens li qed inżejnu djarna u nippreparaw għall-Milied meta fil-Parlament qed tiġi diskussa liġi li tifsser il-qtil tat-trabi?

Hija din id-domanda li ressaq l-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Anton Teuma premezz ta’ messaġġ fuq YouTube – fejn tkellem b’saħħa kontra l-liġi tal-abort li qed tkun diskussa bħalissa fil-Parlament. B’Monsinjur Teuma juża kliem iebes biex jiddeskrivi dak li tista’ twassal għalih din il-liġi kontroversjali.

Bix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin maġenbu, l-Isqof t’Għawdex insista li bħala pajjiż rridu nuru appoġġ lejn l-ommijiet li qed jistennew tarbija. U hawn tkellem dwar il-bżonn ta’ soċjetà li tieħu ħsieb il-ħajja.

Mons. Teuma appella wkoll lin-nies biex jiffirmaw il-petizzjoni li qed tinġabar bħalissa kontra l-abort.

Wieħed jista’ jaċċessa din il-petizzjoni fuq is-sit salvani.eu