Lokali

Marie Louise Coleiro Preca flimkien ma’ 44 għaqda joħorġu kontra l-liġi tal-abort

Jappellaw lill-Gvern biex jemenda l-liġi li tressqet – kif qed jipproponu t-80 espert

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, flimkien ma’ 44 għaqda qed jappellaw lill-Gvern tal-Labour sabiex jemenda l-liġi ppreżentata fil-Parlament u qed jinsistu sabiex ma’ jiftaħ ebda twieqi sabiex jiġi introdott l-abort f’Malta.

Fi stqarrija huma saħqu li t-80 espert mediku flimkien mal-maġġoranza tal-poplu għandhom jingħataw widen serju minn naħa tal-Gvern u saħqu li l-Prim Ministru għandu jaċċetta li jemenda d-diskors f’din il-liġi…hekk kif kif inhi miktuba qed iddaħħal l-abort f’pajjiżna mill-bieb ta’ wara.

L-għaqdiet insistew u qablu mal-konklużjoni tal-esperti li kif il-Gvern tal-Labour ippreżenta l-liġi…qed idaħħal l-abort hekk kif mhux biss titkellem dwar terminazzjoni ta’ tqala meta l-mara tkun f’riskju ta’ ħajja iżda anke f’riskju ta’ saħħa…liema riskji ma jkunux ta’ theddida għal ħajjet il-persuna.

Fi kliem sempliċi jmur ‘lil hinn mill-mandant li għandu l-Gvern. “Il-Gvern m’għandux mandant biex jintroduċi l-abort f’Malta.”

Il-grupp ta’ 80 espert magħmul minn esperti fost oħrajn fil-ġinekoloġija, liġi, mediċina, psikoloġija, filosofija, u etika..provdew alternattiva tal-liġi sabiex jiġi żgurat li d-dinjità tal-persuna…anke fil-ġuf tiġi rispettata.

Għaldaqstant l-għaqdiet, flimkien mal-familja Coleiro Preca appellaw lill-Gvern sabiex jemenda l-liġi kif proposta mill-esperti u t-tqala tiġi terminata meta ma jkunx hemm ebda rimedju ieħor la darba l-ħajja tal-omm tkun verament f’riskju kawża ta’ mard fiżiku.

Flimkien mal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar Preca hemm is-segwenti għaqdiet:

Augustinian Youths
Azzjoni Kattolika
Caritas Malta
Catholic Charistmatic Renewal
Catholic Voices Malta
Church Schools Assocation (CSA)
Christian Life Community (CLC) Malta
Dar Merhba Bik
Doctors for Life
Eucharistic Youth Movement Malta
Fondazzjoni Sebħ
Forum tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci
Gozo Aid for the Visually Impaired
Gozo Association for the Deaf
Great Oak Malta Association
I See Life
Kamra ta’ L-Ispizjara ta’ Malta
Knisja Evangelika Battista
Kummissjoni Gustizzja u Paci
Legion of Mary
Life Netwrok Foundation
Malta Catholic Youth Network
Malta House of Prayer
Malta Unborn Child Platform
Maltese Jesuit Community
MFOPD
Mission Fund
Moviment ta’ Cana
Muscular Dystrophy Group Malta
National Council for Women
National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD)
New Humanity Movement, Malta (Focolare Movement, Malta)
Pietre Vive
Salesians of Don Bosco
Secretariat for Catholic Education
Segretarjat Assistenza Socjali (AKM)
Socjeta M.U.S.E.U.M Nisa
Socjeta M.U.S.E.U.M Rġiel
Sovereign Order of Malta
St Jeanne Antide Foundation
The Evangelical Alliance of Malta
Trinity Evangelical Church
Youths for Christ
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)