Formula 1 Sport

Mattia Binotto jispiċċa mit-tmexxija ta’ Ferrari

(Ritratt: EPA)

It-Team Principal ta’ Ferrari Mattia Binotto se jħalli l-kariga fil-31 ta’ Diċembru wara tliet snin. Binotto ingħaqad ma’ Ferrari fl-1995 fejn dak iż-żmien kien inġinier u fl-2019 kien maħtur Team Principal minflok Maurizio Arrivabene.

Il-favorit biex jieħu post Bonotto huwa Frederic Vasseur li attwalment imexxi lil Sauber Motorsport li qabel kienet Alpha Romeo.

Fil-bidu tal-istaġun Ferrari dehru li se jkunu qed jisfidaw għat-titlu iżda naqsu milli jirbħu fl-aħħar 11-il tiġrija u spiċċaw fit-tieni post wara Red Bull fil-kampjonat tal-kostrutturi.

Il-kariga ta’ Binotto, li għandu 53 sena, tpoġġiet taħt pressjoni minħabba dawk li kienu qed jissejħu strateġiji żbaljati u lejn l-aħħar tellieqa ix-xniegħat li kien se jitkeċċa kienu qed jikbru.

Dak iż-żmien l-iskuderija Ferrari kienet ħarġet stqarrija fejn qalet li dawn ir-rapporti kienu ”totalment bla bażi” iżda ġimgħatejn biss wara ħarġet din l-aħbar li huwa se jkun qed jirriżenja fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.