Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “L-ewwel domanda li saqsejt kienet: Fejn hi l-korsa?” – John Demanuele

PROFILI tal-lejla se jkun qed ilaqqana ma’ personaġġ li daħal sew fi djarna permezz tal-programmi tiegħu. Karriera mżewqa minn kull aspett, minn programmi taż-żwiemel u ta’ sports ieħor għal dawk ta’ waranofsinhar, fejn uħud kienu anki jrebbħuk xi vjaġġ.

“Saqsejt l-ewwel domanda fejn kienet il-korsa taż-żwiemel għax lanqas idea ma kelli”

John Demanuele se jkun qed jgħidilna wkoll dwar l-artisti ta’ fama kbira li ġab f’pajjiżna u s-suċċess li kien hemm wara dawn il-kunċerti.

PROFILI produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30pm flimkien ma’ John Demanuele.

Tags