Lokali

Żagħżugħ midrub gravi wara argument f’San Ġiljan

Ritratt: Mill-Arkivji

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel li s’issa l-identità tiegħu għadha mhux maghrufa wara li Iranjan ta’ 27 sena residenti Ta’ Sliema ndarab waqt argument f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs tat-Tnejn filgħaxija fi Triq San Ġorġ meta għal xi raġuni nħoloq argument bejn iż-żewġt irġiel…bl-Iranjan jispiċċa jindarab..u r-raġel l-ieħor jaħrab minn fuq il-post.

Minnufih ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa, kull min għandu xi informazzjoni b’rabta mal-każ għandu jinforma lill-Korp minnufih, anke b’mod anonimu.