Lokali Parlament

10 miljun abort fir-Renju Unit; 90% minħabba saħħa mentali

Julie Zahra, PN

Fir-Renju Unit inqatlu 10 miljun trabi minn meta daħal l-abort fl-1967; 90% minnhom inqatlu propju minħabba raġunjiet ta’ saħħa mentali.

Dan qalitu id-deputat Nazzjonalista Julie Zahra fil-parlament li qalet li l-gvern qed jigdeb dwar din il-proposta u sostna li hemm deputati Laburisti li m’humiex komdi jivvutaw favur din l-emenda tal-abort.

Hi sostniet li t-tobba Maltin isalvaw il-ħajjiet u mhux joqtluhom u kompliet li l-każ tal-koppja Amerikana qajjem kjass f’Malta bil-gvern jimmanipula biex idaħħal l-abort. Prudente qatt ma kienet fi stat li titlef ħajjitha skont kif iddikjara l-Avukat tal-Istat stess.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li persuni li jkunu fi problemi ta’ saħħa mentali ma jkunux jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet li jridu jagħmlu l-abort. Il-gvern hu obbligat li jgħin li dawn il-persuni u mhux jipprovdilhom l-abort.