Lokali

Abort: Ħafna deputati tal-Partit Laburista ma jgħidux kif se jivvutaw

Skont ċeru Ministri, l-emenda tal-abort hi emenda favur il-ħajja.

Dan ħareġ biċ-ċar meta t-Tlieta Net News prova jieħu l-kummenti tal-membri tal-Gvern, qabel id-dibattitu Parlamentari dwar l-abort, b’uħud mill-Ministri jagħżlu li jwieġbu b’attakki partiġġjani, filwaqt li oħrajn saħansitra spiċċaw igiddbu lill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.

Iżda, diversi Ministri u deputati tal-Gvern għażlu li jzommu fommhom magħluq meta saqsejnihom jekk jaqblux mal-ligi tal-abort.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, flimkien ma’ 44 għaqda appellaw lill-Gvern sabiex jemenda l-liġi ppreżentata fil-Parlament u qed jinsistu mal-Prim Ministru biex ma’ jiftaħ ebda twieqi sabiex jiġi introdott l-abort f’Malta.

Il-Ħadd li ġej, diversi NGO’s se jorganizzaw protesta fil-Belt Valletta biex isemmgħu leħinhom kontra l-abort. Id-dimostrazzjoni se tibda fit-3pm minn quddiem Kastilja.