Lokali

Aktar investiment mill-kumpanija Teva Malta

Teva, kumpanija tal-farmaċewtika ilha tipproduċi mediċini għal-iżjed minn 100 sena, u għandha l-kapaċità li tipproduċi 2.2 biljun pilolla annwali.

Din il-kumpanija qed tinvesti €30 miljun biex isaħħaħ il-faċiltajiet tal-manifattura biex ikabbru l-kumpanija matul is-snin li ġejjin… kumpanija li għanda l-akbar katina ta’ provista tal-farmaċewtika globali.

Hu pjanat, li fis-sena li ġejja aktar investimenti li jammontaw għal €10 miljuni, se jkunu investiti f’apparat ġdid biex jiġu introdotti prodotti u laboratorju ġdid. Dan filwaqt li Tevaqed timmira biex toħloq madwar 70 impjieg f’numru ta’ dipartimenti.