Sport Sport Ieħor

Darts: Segretarju Ġenerali ġdid għall-MDA

Il-kumitat eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts approva unanimament il-ħatra ta’ Alex Arena bħala Segretarju Ġenerali għas-sentejn li ġejjin.Arena se jkun qed jieħu post Ray Gera li serva f’din il-kariga fl-aħħar terminu.

Arena mhux isem ġdid fil-qasam sportiv hekk kif għal numru ta’ snin kien elite assistant referee fil-kampjonat Premier Malti filwaqt li kien ukoll imexxi l-akkademja tar-referees żgħar.

Illum hu jservi fl-irwol ta’ osservatur tar-referees fi ħdan l-MFA. Arena, li għandu 62 sena kien ukoll president tal-Federation of Underwater Activities (FUAM) fejn ħadem bis-sħiħ sabiex din l-għaqda tkompli tiżviluppa.

F’kumment li ta fuq il-midja soċjali, Arena qal li se jkun qed jaħdem mal-klabbs sabiex id-darts lokali jkompli jissaħħaħ.