Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Deschamps jikkonferma li Benzema mhux se jissejjaħ lura

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ nazzjonali Franċiż Didier Deschamps afferma l-pożizzjoni li mhux qed jikkunsidra li jsejjaħ lura lill-attakkant Karim Benzema għal din l-edizzjoni. L-attakkant ta’ 34 sena weġġa’ ftit qabel it-Tazza tad-Dinja ma’ Real Madrid iżda reġa’ weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ ftit jiem qabel il-bidu tal-kompetizzjoni.

Benzema xorta baqa’ fl-iskwadra uffiċjali ta’ Franza u minħabba li qed jirkupra tajjeb, rapporti fi Franza qalu li seta’ jissejjaħ lura fl-iskwadra.

Deschamps ikkonferma li mhux qed jaħseb fuq din il-possibbiltà u wara li tkellem ma’ Benzema hu prattikament li ma kienx ikun tajjeb biex jilgħab fil-fażi tan-knock-out. Hu kkonferma li Benzema ħalla l-kamp ta’ taħriġ u ħalla f’idejn il-ġurnalisti biex jinterpretaw huma d-deċiżjoni.