Lokali Parlament

Il-gvern daħħal biss il-minimu tal-work life balance

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li l-gvern daħħal biss il-minimu tad-direttivi tal-Work Life Balance u daħħalhom fl-aħħar mumenti meta se jimplimentahom għax m’għandux ir-rieda li verament itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji.

Fil-parlament Graziella Galea, semmiet il-ħidma li wettaq l-MEP David Casa fuq din id-direttiva u qalet li jeħtieġ kwalità ta’ ħajja aħjar u bilanċ fil-ħajja. Graziella Galea kompliet li d-direttiva titlob li kull pajjiż tal-UE jimplimenta d-diretta tal-Work Life Balance.

Din daħlet fis-seħħ fl-2019 iżda l-gvern Malta daħħalha biss fl-2002 ftit jiem qabel kellu jdaħħalha u fiż-żmien meta l-parlament Malti jkunx fil-vaganzi tas-Sajf u għalhekk ma saritx diskussjoni.

Il-Gvern daħħal biss l-minu tar-regoli tad-direttiva u għahekk il-familji se jkollhom l-inqas benefiċċji. Il-PN jemmen li għandu jsir iktar mill-minimu possibbli.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan l-avviż legali għandu jitjieb għaliex mhux aċċettabbli jekk il-parlament irid li d-direttiva tkun effettiva u pożittiva. Hi semmiet il-proposti tal-PN u qalet li l-fmailji li għandhom tfal taħt it-tmien snin m’għandhomx ikunu esklużi minn din id-direttiva.

Graziella Galea qalet li għandu jkun il-gvern li jġorr il-piżijiet ta’ din id-direttiva bis-self employed igawdu wkoll minn din id-direttiva. Il-gvern ma jridx jassumi dawn ir-responsabbiltajiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-PN qed ikun pożittiv u jipproponi proposti li bihom tgawdi l-familja Maltija.