Lokali Parlament

Il-gvern ittradixxa lill-poplu Malti; inkluż lil-Laburisti dwar l-abort

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li bil-liġi tal-abort, il-gvern ittradixxa lill-poplu Malti; inkluż lil-Laburisti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li President attwali George Vella u l-ex President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca qed jifhmu li din hi liġi li qed iddaħħal l-abort; xi tradiment għall-fiduċja tal-poplu Malti mill-gvern propju seba’ xhur wara elezzjoni ġenerali meta l-PL kien iddikjara – kif għamel il-PN – li hu kontra l-abort.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li wara seba’ xhur mill-elezzjoni ġenerali, il-PN qed iżomm keltmu mal-elettorat waqt li l-PL qed jittradixxi lil dawk li vvotawlu u jdaħħal l-abort. Dan hu tradiment tal-Prim Ministru Robert Abela, li kien iddikjara anki qabel sar Mexej tal-PL li ma kienx se jdaħħal l-abort. Il-liġi ma tista’ tiġi interpreta bl-ebda mod ieħor ħlief li li jiddaħħal l-abort fuq it-trabi.

Hu qal li l-Prim Ministru jgħid li jirrispetta lit-tobba meta l-istess tobba li jwelldu qed jgħidu li l-gvern mhux qed jgħid il-verità. Din il-liġi mhix dik li għandu bżonn dan il-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista qal li d-Deputat Prim Ministru għandu l-ardir isemma’ lill-persuni b’saħħa mentali u sostna li dawn il-persuni m’għandhomx bżonn l-abort iżda għandhom l-għajnuna li l-gvern mhux iwettaq fosthom bi sptar ġdid.

Beppe Fenech Aami qal l-poplu qed jappella lill-gvern, lit-tobba deputati Laburisti u lill-avukati deputati Laburisti biex ma tidħolx din il-liġi li ddaħħal l-abort. Hu sostna li d-deputati kollha għandhom jibqgħu jemmnu fil-valur tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali.

Beppe Fenech Adami appella lid-deputati Laburisti li għandhom kuxjenza biex jitkellmu u jiddikjaraw li ma jaqblux mal-atteġġjament tal-Gvern b’din il-liġi. Kunu l-vuċi ta’ min m’għandux vuċui; tat-tarbija mhux imwielda, appella Beppe Fenech Adami.