Lokali Parlament

Il-liġi tal-abort f’Malta hi identika għal dik li daħħlet l-abort fir-Renju Unit

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna fil-parlament li l-liġi tal-abort f’Malta identika għal dik li daħħlet l-abort fir-Renju Unit; liema liġi biha saru miljuni ta’ abort sa mill-1967.

Mario de Mrco qal li l-Prim Ministru jirrikonoxxi li m’għandux mandat biex idaħħal l-abort waqt li d-Deputat Prim Ministru ddikjara li dan hu abbozz favur il-ħajja.

Hu semma’ l-protesti li hawn fis-soċjetà, li qed tipprotesta kontra l-abort u semma r-rapporti fil-media li l-President ta’ Malta mhux lest jiffirma dan l-abozz minħabba li dan l-abbozz jintroduċi l-abort f’Malta.

Hu qal li l-abbozz ta’ liġi jispeċifika li jista’ jsir abort meta s-saħħa tal-omm tkun periklu iżda mhux meta l-ħajja tal-omm tkun f’periklu. Din hi distinjoni differenti mill-iskop ta’ din il-liġi.

Mario de Marco kompla li l-abbozz li hu nieqes mid-dettal u sostna li t-test tal-liġi hu simili u identiku għall-abbozz tal-1967 li daħħal l-abort fir-Renju Unit. Hu semma’ s-saħħa mentali u qal li l-maġġoranza assoluta tal-abort li fil-fatt isiru minħabba periklu ta’ saħħa mentali.

Il-gvern mhux iwettaq iċ-ċertezza legali lill-professjoni medika u sostna li l-liġi tmur lil hinn mill-iskop orġinali tagħha; dik li tipproteġi lill-professjonisti. Hu qal li l-elettorat għandu jkun sensittiv u jirrispetta lill-elettorat. Il-gvern missu ħareġ white paper u jikkonsulta qabel imur il-parlament b’abbozz ta’ liġi li sar bla ebda konsultazzjoni.