Lokali Parlament

Il-liġi tal-abort se toħloq iktar problemi għat-tobba

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglia sostna fil-parlament li l-liġi li biha l-gvern se jkun qed idaħħal l-abort se toħloq iktar diffikultajiet għat-tobba għaliex hi liġi vaga u ma tilħaqx l-iskopijiet neċessarji.

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li permezz ta’ din l-emenda se jkun qed jiddaħħal l-abort u sostna li jrid ikun ikkunsidrat li jkun hemm ċirkostanzi li fihom it-tobba jkunu f’sitwazzjonijiet diffiċli. Hu qal li l-liġi hi vaga u ma trriflettix l-iskop li għalih suppost qed issir.

Joe Giglio sostna li l-Prim Ministru qed jitkellem dwar ċirkostanza li fiha l-mara tkun f’sitwazzjoni ta’ bejn ħajja u mewt iżda fir-realtà l-mod kif inkitbet il-liġi ma tagħti l-ebda ċertezza legali. Kif il-liġi miktuba se tpoġġi lit-tobba f’sitwazzjoni iktar diffiċli għalhekk il-liġi għandha tkun iktar ċara.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ebda emenda m’għandha tħalli dan il-vojt u sostna li l-liġi għandha diffikultà li t-terminazzjoni tat-tqala tista’ ssir meta l-komplikazzjoni medika tkun tista’ tikkaġuna periku gravi fis-saħħa tal-mara.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-persuni b’saħħa mentali għandhom ikunu trattati għall-problemi tagħhom u mhux permess ta’ din il-liġi. M’għandhiex tiddaħħal liġi li tiftaħ il-possibbiltà li jiddaħħal l-abort, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-liġi kif inhi se tkun qed twassal biex toħloq iktar inkonvinjent għat-tobba Maltin.