Lokali Parlament

Il-PN għandu fiduċja sħiħa fit-tobba Maltin

Paula Mifsud Bonnici,PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sostniet fil-parlament li hu l-PN li għandu fiduċja sħiħa fit-tobba Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet li l-għaqdiet u unions fis-settur u Marie Louise Coleiro Preca qed jiddikjaraw li din il-liġi hi perikoluża miftuħa għal interpretazzjoni wiesa’ apposta minkejja li l-gvern m’għandux mandat biex idaħħal l-abort. Il-gvern m’għandux il-kuraġġ jiddikjara li din hi liġi li ddaħħal l-abort.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fil-liġi l-gvern ma jsemmi mkien lill-omm jew lill-mara tqila b’tarbija jew li din trid tkun fil-periklu biex ikun jista’ jsir abort; għalhekk l-intenzjoni tal-gvern hi ċara li jdaħħal l-abort. L-intenzjoni tal-gvern hi li kull mara tqila li jkollha kumplikazzjonijiet tkun tista’ tagħmel l-abort.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern mhux jispeċifika xi jfisser b’saħħha fl-emenda u qalet li mhux veru li n-nisa jew it-tobba huma fil-periklu li jintbagħtu l-ħabs. Hi sostniet li l-PN verment għandu fiduċja fit-tobba Maltin u appellat lill-Gvern biex jaqbel mal-proposta tal-akkademiċi.