Futbol Sport

Imnedija d-David Cluett Memorial Cup

It-tmien timijiet li jieħdu sehem fil-Kampjonat tal-Veterani se jknu qed jikkompetu fid-David Cluett Memorial Cup li se ssir għall-ewwel darba matul ix-xahar ta’ Diċembru.

Il-President tal-Malta Veterans Association, Malcolm Camilleri ta dettalji l-Erbgħa filgħodu fejn qal ukoll li bi qbil unanimu kien deċiż li ssir din il-kompetizzjoni biex issellem il-memorja tal-eks goalkeeper ta’ Floriana u tat-tim nazzjonali Malti David Cluett.

It-Teżorier Mark Micallef qal li waqt din il-kompetizzjoni se jkuu qedin jinġabru flus għall-Community Chest Fund u li preżenti għal ftuħ se jkun hemm il-President ta’ Malta Dr. George Vella.

Is-segretarju ġenerali Claude Cuschieri qal li dan it-turnament se jibda l-ġimgħa d-dieħla u se jintlagħab fuq bażi knock-out bil-finali ssir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.