Lokali Parlament

Impenn għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo sostna fil-parlament li l-gvern qed jixxaħħah mal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u għalhekk il-PN jibqa’ impenjat għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti.

Hu qal li l-gvern għal darb’oħra mhux qed iħares lejn l-importanza ta’ dan l-avviż legali, kien kuntent billi ġib il-liġi trasposta bl-inqas ammont possibbli ta’ benefiċċji li seta’ biss biex jara li l-liġi ġiet trasposta biex l-UE tibqa’ kwieta.

Din id-direttiva tal-work life balance tal-UE fejn l-MEP David Casa kien l-arkitett tagħha, kellha tiżgura li tnaqqas id-distakk fil-caring gap bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll tiżgura li l-irġiel ikollhom rwol aktar attiv fil-ħajja tat-tfal tagħhom. Din id-direttiva tal-UE kif inhuma d-direttivi kollha tal-UE kienet ibbażata fuq il-minimu kif isir normalment, ippermettiet lill-pajjiżi tal-UE biex itejbu l-liġi u jżidu l-benefiċċji biex jiżguraw li l-ispirtu tal-liġi jiġi indirizzat.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista ma għamlux dan, kkuntentaw jagħtu l-minimu possibli lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, jafeġ lil min iħaddem b’aktar spejjez.

Il-Gvern Laburista kien saħansitra irresponsabbli biżżejjed biex jħalli għall-aħħar jiem biex jimplimenta d-direttiva minkejja li din il-liġi intbagħtet lilhom sentejn qabel! Irresponsabbilita kbirafejn eskludiet lil dawk kollha li setgħu ibbenefikaw minnha qabel! Hekk jittratta il-Gvern Laburista lill-ħaddiema bħala ċittadini tat-tieni klassi!

Għalhekk għamilna din l-emenda datata b’lura għad-data li nħarġet mill-UE biex min kellu bbenefika jista’, ma rridu nħallu lil ħadd barra! Din mhix xi ħaġa li min iħaddem għandu jiġi mgħobbi biha, dan għandu jitqies bħala benefiċċju soċjali, b’hekk il-gvern jista’ jtejjeb ir-rati tal-ħlas u jinkludi ħaddiema self employed ukoll.

Aħna l-familji ma narawhomx bħala spiża, naraw il-familja bħala investiment, investiment fil-futur tagħna u dan l-avviż legali bħala investiment fi kwalità ta’ ħajja aħjar.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo ta wkoll il-costings tal-proposta tagħhom u jsemmi kemm ironiku l-membri tal-Gvern qed jitolbu lill-Oppożizzjoni għall-costings iżda naqsu milli jippreżentawhom huma stess.

Kien grazzi għall-PN li mbutta biex jara li s-soċjetà ċivili tingħata ċans titkellem u tinstema’ fil-kumitati Soċjali u tal-familja fil-parlament, kien fuq talba tagħna li dan sar, u kien biss dakinhar li smajna x’tahseb is-socjetaà ċivili verament dwar dan l-LN u kif sar il-ligi Maltija mill-gvern. fejn l-NGO’s iddeskrivew il-mod kif il-gvern introduċa din il-liġi bħala liġi fejn, “ir-rata offruta lill-ġenituri hija rata miżerabli, indikazzjoni ċara ta’ kif dawk li jfasslu l-politika ma għandhomx kuntatt mar-realtajiet taċ-ċittazeni regolari” qal id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.

Dan il-Gvern ikompli jiddiżappunta lill-poplu u jkompli jaħseb li jista’ jagħmel kif irid mingħajr ma jkun ikkontestat. L-Oppożizzjoni uriet li qatt ma tħalli dan iseħħ u se tkompli tkun ta’ spalla għal min iħaddem u ħaddiema u naraw li jingħataw dak li jistħoqqilhom.

Mhux se nistrieħu sakemm naraw li dan il-parlament jipprovdilhom kwalità ta’ ħajja aħjar għax hekk jixirqilhom, kompla d-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.