Lokali

“Irrid li bħala Maltin nibqgħu ngħożżu l-ħajja umana anke tat-tarbija fil-ġuf” – il-Pedjatra Joseph Mizzi

Il-Pedjatra Joseph Mizzi appella sabiex bħala Maltin nibqgħu ngħożżu l-ħajjja umana anke tat-tarbija fil-ġuf. Dan fid-dawl tal-emenda fil-liġi li jrid idaħħal il-Gvern… emenda li se twassal biex l-abort jidħol f’pajjiżna.

It-tabib Joseph Mizzi tefa’ dawl fuq il-problema ta’ kif inhi miktuba l-liġi li qed jipproponi l-Gvern… liġi li qed tiftaħ il-bieb biex l-abort isir f’ċirkostanzi oħrajn. Huwa jgħid li kien b’dan il-mod li l-abort spiċċa daħal fl-Ingilterra u f’pajjiżi oħrajn.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, huwa qal li din l-emenda għandha ssir, iżda għandha tkun miktuba b’tali mod li minnha jintlaħaq l-iskop mixtieq mingħajr ma jitbexxaq il-bieb biex jidħol l-abort f’pajjiżna.