Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jaqbeż fil-pitch ixejjer il-bandiera tal-Palestina

(Ritratt: EPA)

Waqt il-partita bejn it-Tuneżija u Franza partitarju, li qabel deher fost dawk tat-Tuneżija qabeż fil-pitch ixejjer il-bandiera tal-Palestina u jagħmel akrobaziji fis-67 minuta tal-partita.

Dan kien it-tieni wieħed s’issa f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja wara li partitarju ieħor qabeż fil-pitch bil-bandiera tal-qawsalla waqt il-partita bejn il-Portugall u l-Urugwaj fil-Lusail Stadium.