L-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford ilbieraħ kien l-eroj tal-Ingilterra b’żewġ gowls fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Wales, rebħa li poġġiet lit-tim Ingliż mal-aħħar 16 fit-Tazza tad-Dinja.
Wara l-ewwel gowl skorjat minn free-kick dirett mill-isbaħ Rashford deher jiġri lejn il-linja tat-throw-in u jinżel għarkuptejh u ħares ‘il fuq.
Mistoqsi mill-ġurnal The Telegraph dwar x’kienet tfisser din iċ-ċelebrazzjoni Rashford qal li ftit tal-jiem ilu huwa tilef ħabib speċjali wara ġlieda twila mal-marda qerrieda tal-kanċer. Rashford qal li ddedika l-gowl lilu għax hu kien ‘ħabib u partitarju kbir’ tiegħu.
//= $special ?>