20:00 – GRUPP C – POLONJA V ARĠENTINA
Iż-żewġ gowls fit-tieni taqsima kontra l-Messiku taw ftit tan-nifs lit-tim nazzjonali Arġentin. L-istess pressjoni se tkun kontra l-Polonja konxji mill-fatt li żelqa f’din il-logħba tfisser it-tmiem tal-kompetizzjoni għalihom. Robert Lewandowski se jkun it-theddida prinċipali tal-Arġentina, frisk mill-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja. Il-Pollakki sa issa għadu l-uniku tim mhux megħlub u li ma sofriex gowl f’dan il-grupp, fattur li jista’ jgħinhom jikkwalifikaw mal-aħħar 16 għall-ewwel darba mill-1986. Lionel Messi se jerġa’ jkun fil-mira biex iwassal lill-Arġentina mal-aħħar 16 u hu stess iżomm it-tama li jirbaħ din il-kompetizzjoni. Jista’ jkun li r-rebħa kontra l-Messiku terġa’ tnissel il-fiduċja li l-Arġentina għandha tim ta’ kwalità.
20:00 – GRUPP C – ARABJA SAWDIJA V MESSIKU
Il-kwalifikazzjoni tinsab f’moħħ iż-żewġ nazzjonijiet. It-timijiet kollha fi Grupp Ċ għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw u t-tnejn konxji li fil-konfront l-ieħor se jkun hemm min tal-anqas iwaqqa’ l-punti.
L-Arabja Sawdija ssorprendiet kontra l-Arġentina iżda tal-anqas ma ħaditx punt mill-konfront kontra l-Polonja biex tkun b’ċans tajjeb li tikkwalifika għat-tieni darba biss fl-istorja tagħhom.
Il-Messikani sa issa ftit ħallew impressjoni u qed jiffaċċjaw eliminazzjoni fil-gruppi għall-ewwel darba mil-1978. Xejn anqas minn rebħa ma tikkuntenta lit-tim tal-kowċ Gerardo Martino li sa issa għadu ma skorjax.
//= $special ?>