Awstralja 1-0 Danimarka
L-Awstralja tinsab mal-aqwa 16 tad-dinja għat-tieni darba fl-istorja tagħha b’rebħa minima kontra d-Danimarka. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva ta’ 1-0, rebħiet li waslu permezz ta’ difiża kompatta. Fuq in-naħa l-oħra, diżappunt kbir għad-Danimarka li żgur kien mistenni aktar minnhom f’din l-edizzjoni.
Il-logħba kienet nieqsa mill-kwalità fl-attakk taż-żewġ timijiet speċjalment fit-tim Daniż li kellu bżonn aktar il-gowls. Fl-ewwel taqsima, id-Daniżi kellhom l-inizjattiva iżda meta resqu quddiem il-kaxxa avversarjia ftit kellhom soluzzjonijiet. L-Awstralja pattiet għan-nuqqas fl-attakk b’kompattezza u fid-difiża.
Il-gowl li għamel id-differenza kollha wasal mas-siegħa logħob. Minn kontrattakk, MATTHEW LECKIE rċieva ballun lejn nofs il-grawnd, avvanza u wara li dawwar lil Thomas Maehle, għeleb lil Kasper Schmeichel b’xutt fil-baxx għar-rokna. Ir-reazzjoni tad-Danimarka kienet fqira wisq biex tinfed lid-difiża avversarja sat-tisfira finali.
//= $special ?>