Għawdex Lokali

“L-Għawdxin għadhom mingħajr Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem” – NAO

Il-Ministeru ta’ Għawdex kontinwament qed jipposponi u jtawwal l-proġett tad-dar tal-anzjani f’Għajnsielem – Dar San Ġużepp.

Dewmien li sa issa sewa lill-poplu Malti, ‘il fuq minn €1,000,000, bl-istruttura għadha ġebel u saqaf.

Dan ħareġ minn Rapport tal-Awditur Ġenerali, permezz ta’ Performance Audit dwar il-kura tas-saħħa tal-anzjani.

Ir-rapport indika li fl-2021, kważi 22% tal-popolazzjoni f’Għawdex kienet anzjan; b’età ‘l fuq minn 65 sena.

L-istħarriġ jindika li fl-aħħar snin, għalkemm qed ikun hemm servizz offrut kemm minn San Lawrenz u kif ukoll mid-Downtown Hotel, is-servizz ta’ akkomodazzjoni xorta mhux biżejjed, fejn kien hemm anzjani li ma setgħux isibu akkomodazzjoni oħra.

Hawnhekk id-dokument reġa’ tefa’ dawl fuq id-dewmien tal-iżvilupp f’Dar San Ġużepp, fejn lanqas hemm data meta dan se jkun lest.

Id-dokument elenka l-ħtieġa li jkun hemm strateġija aħjar dwar il-vera bżonn tal-anzjani f’Għawdex.

Dwar l-inizjattiva Meals on Wheels kien imfaħħar is-servizz provdut. Madankollu irid ikun hemm aktar sorveljenza fuq il-kuntrattur li jipprovdi dan is-servizz.

Hawnhekk infatti, ġie indikat illi kien hemm żieda fin-nuqqas ta’ sodisfazzjon minn naħa tal-anzjani….u anke fejn jidħol

Hawnhekk infatti fl-istħarriġ li sar kien hemm żieda fin-nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ 14.1% minn dawk li kienu sodisfatti ferm bis-servizz f’April 2019, għal Diċembru 2021.

L-istess ukoll kien hemm tnaqqis ta’ 9.8% dwar id-delivery, il-wassla ta’ dan l-ikel.